Press Briefings
‘Jinkwetawna nies li mhux insibu għaliex dawn jibqgħu jxerrdu l-mard’

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa inkwetati b’dawk il-persuni li mhux jirnexxilhom isibu bil-contact tracing l-għaliex dawn jibqgħu jxerrdu l-mard.

Għalhekk, il-Professur Gauci reġgħet fakkret lill-pubbliku biex jikkopera u jobdi l-miżuri u direttivi tal-awtoritajiet biex il-ħidma tad-Dipartimenti tas-Saħħa ma jisfawx fix-xejn.

Illum ġew ikkonfermati 52 każ ġdid bl-ammont totali ta’ infettati jitla’ għal 293.

B’kollox saru 11,740 test u 293 minnhom immarkaw pożittivi u l-ħidma ta’ kontinġenza qed tibqa’ ssir biex jinqabdu aktar nies infettati.

Id-deputat Prim Ministru jindirizza Konferenza Stampa dwar COVID-19

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 7. April 2020

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Aktar