Lokali
Jinkwieta x’se jiġri mill-qattus jekk jibqa’ arrestat

Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li ġew akkużati li serqu minn maħżen f’Tas-Sliema.

Iż-żewġt irġiel li għandhom 38 u 42 sena wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, fosthom li kisru sentenzi sospiżi u li saru riċedivi.

Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, il-Prosekuzzjoni qalet li fil-5 ta’ Frar li għadda, il-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm persuna qed taġixxi b’mod suspettuż ħdejn maħżen f’Tas-Sliema. Min-naħa tagħha, il-Pulizija kienet sabet affarijiet misruqa li kienu lesti biex jinbiegħu lil kumpanija tar-riċiklaġġ.

Il-Pulizija kienet interrogat lil sid il-kumpanija li kien identifika lil wieħed mill-akkużati li kien tah xi oġġetti simili għal dawk misruqa.

L-akkużat l-ieħor kien ġie arrestat il-ġimgħa l-oħra u ammetta li kien involut fil-każ. Madankollu meta l-Maġistrat spjegat l-akkużi, l-irġiel wieġbu li mhux ħatja.

Huma nżammu arrestati minkejja li saret it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni ċaħdet għat-talba tal-ħelsien mill-arrerst għax qalet li fadal aktar xhieda x’tinstema’.

Intant ir-raġel ta’ 42 sena beda jinkwieta li jekk jinżamm arrestat m’għandux min jieħu ħsieb il-qattus. Malli sema’ d-deċiżjoni tal-Maġistrat huwa reġa’ tkellem fuq il-qattus, madankollu l-Maġistrat ma weġbitux.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta ta’ Egrant, il-Partit tal-Alternattiva Demokratika qal li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Il-Kelliem tal-AD, Carmel Cacopardo qal li l-Alternattiva Demokratika dejjem qagħdet lura meta bdew ħerġin…

Politika Lokali

F’konferenza stampa dwar il-każ Egrant, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li talab lil Dr Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Qal li fid-dawl tal-prinċipji tal-Partit…

Politika Lokali

Id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. L-inkjesta sabet li l-Egrant ma kinitx tal-Prim…

Immigrazzjoni

Jaslu u jinżlu l-art id-19-il immigrant li ġew salvati fl-ibħra Maltin matul il-lejl li għadda. Il-Forzi Armati kienu bieżla dal-lejl b’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li dgħajsa li kienu fuqha 19-il…

Aktar