Qorti
Jinqabad b’arma fil-bagalja fl-Ajruport

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza.

Il-Franċiż ta’ sittin sena qal lill-Pulizija li ma kienx infurmat li ried ikollu d-dokumenti neċessarji biex iġorr l-arma tan-nar f’Malta.

L-avukat Emanuel Bianco argumenta li dan kien żball ġenwin u li ma kienx hemm intenzjonijiet ħżiena.

Il-maġistrata Demicoli qalet li n-nuqqas t’għarfien tal-liġi mhix skuża u kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters.