Lokali
Inqabad bi 3.5kg droga meta niżel f’Malta mill-katamaran

Raġel ta’ 41 sena mir-Rabat, Malta, ġie arrestat il-lejl li għadda wara li nqabad bi 3.5 kg droga.

Il-Pulizija qalet li l-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ir-raġel twaqqaf huwa u nieżel bil-vettura tiegħu minn fuq il-katamaran, li kien għadu kif wasal minn Sqallija.

Fi tfixxija li saret fil-vettura nstabu żewġ kilogrammi trab abjad suspettat kokaina, kilo sustanza suspettata kannabis, kif ukoll nofs kilo sustanza x’aktarx raża tal-kannabis.

Id-droga nstabet moħbija ġo qiegħ falz imwaħħal mac-chassis tal-istess vettura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata dwar din is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-raġel mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għada.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sewwieqa li kienu għaddejjin minn Triq il-Buqana, limiti ta’ Ta’ Qali sabu ma’ wiċċhom ostaklu mhux tas-soltu. Filmat li rċieva TVM juri tajer jaqa’ minn fuq trakk li dan baqa’ tul…

Kultura

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, riesaq lejn tmiemu proġett ikkumplikat li nvolva snin ta’ studji u xogħol għad-disinn u l-istallazzjoni ta’ sistema li tikkontrolla l-ambjent fil-kripta tal-Granmastri. Il-proġett qed jaċċerta li…

Kronaka

Karozza ħadet in-nar fi Triq Liedna, il-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Issejħet ukoll ambulanza iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Stejjer Umani

Bjorn Formosa reġa’ daħal l-isptar wara li 21 jum ilu għamel operazzjoni. Fuq Facebook, Bjorn qal li qed iħossu agħar minn qatt qabel u li qed iħossu bla nifs, stordut…

Aktar