Qorti
Jinqabad bid-droga wara li rema basket xħin ra lill-Pulizija

John Gabriel, Niġerjan ta’ 37 sena wieġeb ħati li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kannabis f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu personali tiegħu u li għex ħajja ta’ vagabond.

L-ispettur Godwin Scerri qal li lbieraħ ftit minuti wara nofsillejl, uffiċjali tal-pulizija mill-għassa tal-Qawra, issejħu fl-inħawi ta’ Fra Ben fuq rapport separat. Qal li hemmhekk kien hemm John Gabriel, li kif ra lill-pulizija kellu basket u remih u l-pulizija marru warajh u qabduh u ġabru wkoll il-basket.

Fil-basket kien hemm fost oħrajn 27 pakketti ta’ kannabis u l-passaport ta’ John Gabriel. Huwa ttieħed l-għassa għall-interrogazzjoni.

L-ispettur Scerri qal li l-akkużat ġie Malta mill-Italja sabiex isib xogħol u minflok sab mod ħafif kif jaqla’ lira billi jbigħ id-droga u dan mhux aċċettabli u għalhekk għandu jingħata sentenza ta’ ħabs effettiva.

L-avukat tal-għajnuna legali Mark Anthony Cutajar qal li huwa kkollabora mal-pulizija u bħalissa m’għandux fejn joqgħod. Qal li għalhekk il-Qorti għandha tikkunsidra piena inqas severa.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello sabitu ħati u kkundannatu għal disa’ xhur ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Trasport

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju. Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat…

Elezzjoni

L-FKNK fi stqarrija ħeġġet lill-kaċċaturi u nassaba u l-familji tagħhom ma jastjenux milli jivvutaw nhar is-Sibt li ġej. Dan l-għaqda qalitu għaliex temmen li biex jissolvew il-problemi li nħolqu għad-delizzju tal-kaċċa…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum sal-10pm u għada mit-8am sa nofs il-lejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Għall-votanti rreġistrati…

Aktar