Droga
Jinqabad bid-droga wara li twaqqaf għax il-passiġġier ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà

Ġuvni qiegħed jinżamm mill-Pulizija wara li nstab fil-pussess ta’ droga waqt li kien fil-Belt Valletta.

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8pm , waqt li l-Pulizija mid-Distrett tal-Belt Valletta kienu qegħdin jagħmlu ronda fi Triq Nofs in-Nhar, raw vettura tal-għamla Volkswagen Polo u nnutaw li l-passiġġier ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà.

Għaldaqstant, il-Pulizija waqqfu l-vettura fejn meta kien qiegħed jiġi mitkellem il-passiġġier – ġuvni ta’ 19-il sena u residenti Birkirkara – qam suspett li jista’ jkun hemm xi affarijiet kontra l-liġi fil-vettura.

Għalhekk, il-Pulizija għamlet tfittxijiet fuqu, fuq ix-xufier u fil-vettura, fejn il-ġuvni nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga ħaxixa tal-kannabis.

It-tfittxija kompliet fir-residenza fejn jgħix f’Birkirkara fejn hemmhekk il-Pulizija sabet oġġetti oħra relatati mal-użu tad-droga.

Il-ġuvni ġie arrestat u qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar staħrriġ. L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar