Qorti
Jinqabad dieħel ġo residenza minn filmati tas-CCTV

Matthew Camilleri ta’ 32 sena mill-Gżira nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkuża li seraq minn residenza.

Il-każ seħħ fl-14 ta’ Frar fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.

Fil-Qorti nstema’ li l-akkużat qed jistenna biex jibda jgħaddi proċeduri fuq każ ieħor.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mario Xiberras u Christina Delia spjegat li minn analiżi ta’ filmati tas-CCTV l-akkużat deher jinżel minn vettura u jidħol fir-residenza. Qalet li dam ġewwa mal-20 minuta. Min-naħa tagħhom il-vittmi qalu li rawh barra u fil-komun.

Id-difiża tmexxiet minn Dr Franco Debono u Dr Marion Camilleri.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar