Kronaka
Jinqabad f’Ħ’Attard ibigħ is-sigaretti tal-kuntrabandu bil-karozza

Uffiċjali tal-infurzar tad-Dwana lbieraħ qabdu raġel li kien qed idur bil-karozza u jbigħ sigaretti tal-kuntrabandu.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li l-bejjiegħ inqabad wara xhur ta’ osservazzjoni, fejn ġiet interċettat waqt li kien bil-karozza f’Ħ’Attard.

Fil-bagoll tal-karozza nstabu 2,740 sigarett tal-kuntrabandu. L-uffiċjali tad-Dwana segwew l-operazzjoni tagħhom billi estendew it-tfittxija tagħhom fil-garaxx ta’ sid il-vettura li jinsab f’Tal-Pietà. Hemmhekk ġew elevati 4,460 sigarett ieħor tal-kuntrabandu, għal total ta’ 7,200 sigarett.

Id-Dipartiment tad-Dwana qal li kkonfiska l-karozza u s-sigaretti kollha u se jipproċedi kontra l-individwu skont il-liġi.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Kronaka

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, ilbieraħ waranofsinhar, irriżultat fl-arrest ta’ ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu u żewġ tfajliet, ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura rispettivament,…

Aktar