Qorti
Jinqabad fuq kamera tas-sigurtà joħroġ arma tan-nar

Ħaddiem ta’ 33 sena tressaq il-Qorti wara li nqabad fuq kamera tas-sigurtà joħroġ arma tan-nar mill-karozza tiegħu u jhedded biha raġel ieħor.

Jesmond Portelli minn Ħaż-Żabbar tressaq il-Qorti akkużat li kien qed iġorr arma bla liċenzja, li hedded raġel ieħor, li kien riċediv u li kiser il-paċi pubblika.

L-akkużat, li wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi, kien diġà skonta sentenza ta’ ħabs wara li seraq b’arma tan-nar. Id-difiża qalet li l-akużat weġġa’ waqt l-argument u l-aggressuri qed ikunu investigati.

Il-Prosekuzzjonijiet oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tirrifjuta għall-ħelsien mill-arrest.