Kronaka
Jinqabad iġorr bank draft ta’ €75,600 mingħajr ma ddikjarhom

Uffiċjali tad-Dwana qabdu bank draft ta’ €75,600 li kien qed iġorr passiġġier li kien għadu kif wasal Malta minn Bucharest fir-Rumanija.

Huwa twaqqaf għall-għarrieda minn uffiċjali ta’ kontra l-ħasil tal-flus u meta staqsewh kemm kien qed iġorr flus fuqu huwa wieġeb li ma kienx qed iġorr flus kontanti.

Għalhekk huwa ttieħed fl-uffiċċju tad-Dwana u minn tfittxijiet li saru fuq il-passiġġier u l-affarijiet tiegħu nstab li kien qed iġorr bankdraft ta’  €75,600.

Il-passiġġier imbagħad ingħata fil-kustodja tal-pulizija għal aktar stħarriġ.

Fi stqarrija d-Dwana fakkret li l-passiġġieri huma obbligati jiddikjaraw jekk ikunu qed iġorru ‘l fuq minn €10,000, u dawn jinkludi wkoll ċekkijiet u bank drafts. Qalet li liġijiet simili japplikaw f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar