Kronaka
Jinqabad iġorr tliet armi tan-nar kif niżel mill-katamaran fil-Marsa

Uffiċjali tad-Dwana lbieraħ  bil-lejl waqqfu vann li kien għadu kemm wasal bil-katamaran minn Sqallija biex jagħmlulu spezzjoni ta’ rutina.

Meta l-uffiċjali bdew bit-tfittxija fil-menqa tal-Marsa, is-sewwieq infurmahom li kien qed iġorr l-armi tan-nar. B’kollox instabu tliet armi; senter, air gun, flare gun, kif ukoll munzzjon.

L-armi ġew ikkonfiskati u ngħataw f’idejn il-pulizija, li qed tinvestiga.