Dwana
Jinqabad iħalli Malta b’eluf ta’ ewro mhux iddikjarati

Id-Dwana qalet li l-kelba tagħha Sophie rnexxielha ssib €12,343 mhux dikjarati fuq passiġġier.

Il-passiġġier, li huwa mil-Libanu, kien se jivvjaġġa lejn Istanbul fit-Turkija meta l-uffiċjali tad-Dwana staqsewh kemm kien qed iġorr flus fuqu.

Huwa weġibhom li kellu fuqu €3,000 madankollu waqt tfittxija li saret fuq persuntu sabulu $2,530, €4,085 fil-bagalja żgħira li kien qed iġorr miegħu u €6,100 oħra fil-bagalja l-kbira.

Il-passiġġier aċċetta li jħallas multa biex jibqa’ sejjer fid-destinazzjoni tiegħu minflok ma jitressaq fil-Qorti.