Lokali
FILMAT: Jinqabad il-ġuvnott li tajjar Pulizija tat-traffiku f’Ħal Luqa

Is-sewwieq li tajjar Pulizija f’Ħal Luqa u baqa’ sejjer inqabad ftit tal-minuti wara fiż-żona Ta’ Kandja.

Jirriżulta li s-sewwieq huwa Liam Debono ta’ 17-il sena, li kien twaqqaf mill-Pulizija, allegatament biex tiġi ċċekkjata l-liċenzja.

Il-ġuvnott laqat lill-Pulizija qrib ir-roundabout tal-Lidl, bil-konsegwenza li l-Pulizija spiċċa fuq il-bonnet tal-karozza. Is-sewwieq jidher li baqa’ jsuq bil-Pulizija fuq il-karozza, sakemm waqa’ u ttajjar qrib id-daħla taż-żona industrijali.

Kien hawn li l-ġuvnott baqa sejjer imbagħad dar lejn ta’ Kandja. Qed jintqal li l-ġuvnott seta’ ħa l-karozza lil membru tal-familja tiegħu.

TVM infurmat li l-Pulizija sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Pulizija jittajjar f’Ħal Luqa minn ġuvnott li baqa’ sejjer

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei, isiru wkoll lezzjonijiet maħsuba apposta għat-tfal li jkollhom bżonn kura fit-tul. B’koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-isptar u l-awtoritajiet edukattivi, ġew iddedikati riżorsi kemm ta’ għalliema kif…

Lokali

L-importanza tan-naħal għall-eko sistema u l-produzzjoni tal-ikel fid-dinja ġie rikonoxxut minn Nazzjonijiet Magħquda li ddikkjarat l-20 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji għan-Naħla. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta’…

Lokali

Il-maltemp ta’ dalgħodu ħarbat xi ftit il-festi fiż-Żurrieq iżda ma waqqafx l-entużjażmu taż-Żrieraq li jfakkru ż-żjara li l-Gran Mastru Hompesh kien għamel fosthom fl-1798. Ir-ragħad ikarwat u x-xita, li xi…

Aktar