Annimali
Jinqabad il-ħames qattus mid-dar tal-anzjana li nstabet mejta

Tard dalgħodu nqabad il-ħames qattus mid-dar ta’ Janet Harvey, l-anzjana Ingliża li nstabet mejta fis-sodda tal-appartament tagħha fil-Qawra.

Fl-istess appartament mal-mara kien instab ukoll kelb mejjet taħt is-sodda, kif ukoll għadd ta’ qtates ħajjin, li erbgħa minnhom inqabdu.

Il-preżentatriċi u attivista għad-drittijiet tal-annimali, Moira Delia, qalet fuq il-midja soċjali li l-ħames qattus kien instab illum fin-nasba li tħejjiet apposta għalih.

Huwa mifhum li għad jonqos li jinqabad is-sitt qattus, li għadu mistoħbi fl-appartament.

Ara wkoll:

ARA: Il-qtates salvati mid-dar ta’ Janet Harvey – il-Pulizija jgħidu li “kien każ uniku”

BIL-FILMAT: Tinstab mejta f’darha wara 3 xhur

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux…

Partit Laburista

F’Mass rally il-Birgu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej mhix bejn l-aħmar u l-blu, imma dik bejn li tmur lura jew…

Passatemp

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li…

Aktar