Kronaka
Jinqabad is-suspettat f’sensiela ta’ serqiet minn djar 5 snin ilu

Il-Pulizija identifikat raġel li huwa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn residenzi f’Diċembru tal-2015.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-suspettat huwa raġel mill-Mali ta’ 24 sena.

Huwa se jkun qed jitressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit dalgħodu, fejn se jkun akkużat b’ħames serqiet.

Dawn seħħew matul il-lejl ta’ bejn il-5 u s-6 ta’ Dicembru, 2015, fis-Swieqi; fit-8 ta’ Dicembru fl-Imsida; fit-13 ta’ Dicembru fil-Gżira; fil-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 ta’ Dicembru f’Birkirkara; u serqa oħra matul il-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Dicembru f’Santa Venera.

Aġġornat:

Jgħid li kien jisraq biex iħallas il-kera u jixtri biex jiekol