
Il-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, inqabad isuq mingħajr iċ-ċinturin tas-sigurtà jumejn biss wara li ħelisha ħafif minn inċident tat-traffiku.
Il-Pulizija ta’ Norfolk waqqfu lid-Duka, li għandu 97 sena, għaliex kien qed isuq mingħajr iċ-ċinturin tas-sigurtà u wissewh li reġa’ kiser il-liġi.
Jumejn ilu, il-Prinċep kien qiegħed isuq b’veloċità li qabżet il-limitu meta tilef il-kontroll tal-Land Rover Freelander u ħabat f’karozza li fiha kien hemm tarbija.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ gravi fl-inċident tal-Ħamis li għadda.
Emma Fairweather, li kisert il-polz fl-inċident tal-Ħamis li għadda qalet li s’issa, il-Prinċep baqa’ ma avviċina lil ħadd biex jitlob skuża.
Min-naħa l-oħra, kelliema għal Buckingham Palace qal li sar xi kuntatt mal-vittmi tal-inċident.
Ara wkoll:
AĠĠORNAT: Il-Prinċep Philip involut f’inċident bil-karozza waqt li kien qed isuq
Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Theresa May wissiet li għexieren ta’ membri parlamentari konservattivi li normalment huma leali lejn il-partit jistgħu jiħduha kontra l-Gvern biex jipprevenu milli jsir Brexit mingħajr ftehim…
L-Olanda trid timplimenta miżuri biex tiġġieled il-korruzzjoni. Dan intqal fir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-GRECO, il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Din ir-rakkomandazzjoni qed issir fil-konfront tal-persuni li għandhom karigi…
Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia. Il-mara ta’ 46 sena…
Josh Barry, kittieb li jbati mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…