Qorti
Jinqabad jisraq biex imanti lis-sieħba li qed tistenna tarbija – jispiċċa deportat

F’każ ieħor, il-Qorti ordnat tkeċċija minn Malta ta’ Alb Aleksander mis-Serbja li ilu aktar minn sentejn f’Malta illegalment.

Huwa ammetta li pprova jisraq minn supermarket fil-Mellieħa biex ikollu x’jiekol huwa u s-sieħba tiegħu li qed tistenna tarbija. L-Ispettur Godwin Scerri qal lill-Qorti li Aleksander inqabad ħiereġ mis-supermarket b’oġġetti b’valur ta’ €267 li ma kienx ħallas għalihom. Huwa qal lill-Pulizija li kellu jisraq għax ma jaħdimx u spiċċa bla flus u ma kellhomx x’jieklu.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wissietu li seta’ jeħel sa tliet xhur il-ħabs. Madankollu, il-prosekuzzjoni qalet li huwa rritorna l-oġġetti misruqa u li kkopera mal-Pulizija. Il-Qorti kkundannatu sentenza ta’ xahar ħabs sospiża għal sena u ordnat li jintbagħat lura lejn is-Serbja.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar