Qorti
Jinqabad jisraq minn karozza – immultat wara li ma weriex rispett lejn il-Qorti

Raġel li nqabad fil-fatt jisraq minn karozza spiċċa mingħajr libertà proviżorja u mmultat mitejn ewro talli wera diżrispett lejn il-Qorti.

Michael Azzopardi ta’ 38 sena nqabad minn żewġ pulizija pajzana lbieraħ waranofsinhar. Huma lemħuh maġenb karozza jipprova jkisser il-ħġieġa.

Il-pulizija ġrew warajh u qabduh. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-libertà proviżorja għax qalet li l-akkużat mhuwiex bniedem affidabbli.

Waqt li kien eskortat mill-pulizija barra l-awla, l-akkużat baqa’ jilmenta bil-Maġistrat Joe Mifsud iwiddbu biex ma jkomplix jikkumenta u wara li ma waqafx weħlu mitejn ewro multa.