Qorti
Jinqabad mill-kameras jisraq minn ħanut

Raġel ta’ 42 sena mill-Ġorġja ntbagħat sena u nofs ħabs wara li nstab ħati li seraq minn ħanut fin-Naxxar.

Fil-Qorti nstema’ li l-ħaddiema tal-ħanut sabu l-bieb tal-ħanut imkisser u l-kexxun tal-flus misruq. Huma minnufih avvżaw lis-sid tal-ħanut. Fis-serqa nsterqu €200 fi flus kontanti u €250 cards tal-mobile. Apparti minn hekk il-ħalliel għamel b’€500 ħsara.

Filmati tal-kameras urew lill-ħalliel b’rasu mgħottija iżda l-liżar li bih kien mgħotti waqa’ xħin kien tielaq minn fuq il-post.

Il-ħaddiema dentifikaw lir-raġel u qalu li kien imur jixtri ta’ spiss minn hemm.

Min-naħa tiegħu l-akkużat qal li mhux ħati, madankollu l-Maġistrat Joe Mifsud qal li fuq ix-xhieda li sema’ u l-filmat ma għandux dubju li kien hu.

Ir-raġel weħel sena u nofs ħabs u ġie ordnat iħallas lis-sid il-ħanut €1,046.32

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar