Barranin
Jinqabad wara li għadda nisa biż-żmien u ħadilhom flushom

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000.

L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet miegħu fuq sit elettroniku tad-dating. Qalilha li kien miljunarju, u wara ġimgħa pproponielha biex tiżżewġu.

Huwa webbilha wkoll biex tixtri dar miegħu, u wara li marru jaraw post li għoġobhom, hija tagħtu $80,000 bħalha sehemha biex mingħaliha jixtru d-dar. Iżda l-mument li kellu l-flus f’idejh, Hill sparixxa.

Il-mara marret mill-ewwel għand il-Pulizija, li meta bdew jinvestigaw sabu xibka ħafna ikbar. Hill kien jgħix ma’ mara oħra u wild, u fl-aħħar sentejn u nofs kien bidel ismu mal-ħames darbiet.

Meta l-Pulizija ħarġu l-mandat t’arrest għalih u xandruh fil-midja, nisa oħra bdew jersqu ‘l quddiem u jgħidu li anki huma kienu f’relazzjoni miegħu. Irriżulta li kien diġà qed jiġi mfittex fuq każijiet simili ta’ qerq f’Virgina, Delaware, Maryland u New Jersey.

Huwa ġie arrestat f’lukanda f’Tennessee, fejn malli nduna li l-Pulizija ġew għalih ipprova jaħrab u jistaħba taħt mejda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Ċiniż Xi Jinping jinsab fil-Korea ta’ Fuq biex jiltaqa’ ma’ Kim Jong-un, bit-tama li jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Din hija l-ewwel żjara ta’ President Ċiniz fil-Korea ta’…

Kurżitajiet

Passiġġier abbord titjira lejn il-Pakistan ħoloq paniku sħiħ hekk kif flok fetaħ il-bieb tal-kamra l-baxxa, fetaħ dak tal-emerġenza. B’xorti tajba dan seħħ meta l-ajruplan kien għadu fl-ajruport ta’ Manchester qed…

Barranin

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, ħassbet lil bosta hekk kif qabdet titriegħed maġenb il-President Ukren Zelensky waqt żjara uffiċjali f’Berlin. Ilbieraħ waqt iċ-ċerimonja uffiċjali, f’Berlin, it-temperatura laħqet it-30 grad celcius u…

Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Aktar