Lokali
Jinqabdu 12-il kontejner bi prodotti foloz minn Jannar ‘il hawn

Mill-ewwel tas-sena ‘l hawn, id-Dwana ta’ Malta qabdet 12-il kontejner li kienu qed iġorru prodotti foloz.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li t-12-il kontejner inqabdu wara li kien hemm suspett li l-kontejners li kien fihom oġġetti foloz kienu 20.

Żiedet, li l-kontejners bi prodotti foloz kien fihom, fost l-oħrajn, żraben, tagħmir teknoloġiku u toothapste, b’valur fis-suq ta’ €58,608,875.

Id-Dwana qalet li minn 68 konsenja f’Malta li twaqqfu b’suspett li kienu qed iġorru prodotti foloz, 65 minnhom kien fihom għadd ta’ oġġetti foloz fosthom nuċċalijiet tax-xemx, arloġġi u ħwejjeġ b’valur ta’ €359,840.