Kronaka
Jinqabdu 4 persuni oħra minn dawk li ħarbu miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

Il-Pulizija u l-uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni qabdu erba’ Marokkini oħra matul il-lejl wara li rnexxielhom jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. L-erba’ immigranti nstabu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u kienu qed jistaħbew ma’ Marokkini oħra li jgħixu f’dan il-post.

Dawn kienu parti minn grupp akbar ta’ immigranti – kollha Marokkini ħlief wieħed – li taw is-salt u ħarbu miċ-ċentru. Tfittxijiet wasslu għall-arrest ta’ 13 mill-maħruba li ttieħdu mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-awtoritajiet għadhom għaddejjin bit-tfittxija għal 7 immigranti oħra.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Jinqabdu wħud mill-persuni maħruba miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

Aħbarijiet Oħra
Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Kronaka

Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġie milqut minn vettura lbieraħ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post…

Aktar