Jinqabdu b’2kg kokaina – raġel arrestat fl-ajruport u mara f’lukanda

Il-pulizija qalet li se tressaq il-Qorti żewġ persuni li nqabdu fil-pussess ta’ żewġ kilogrammi droga suspettata kokaina.

L-arresti saru tard ilbieraħ filgħaxija minn membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Il-persuni arrestati huma raġel Brażiljan ta’ 31 sena li ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mara mill-Venezuela ta’ 38 sena li ġiet arrestat f’lukanda ġewwa San Pawl il-Baħar.

Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.