Lokali
Jinqaleb bil-karozza fi Triq l-Imdina

Il-Pulizija qed tinvestiga inċident tat-traffiku li seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.

tvm.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ tard il-Ġimgħa waranofishar meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’ħajt. Mad-daqqa l-karozza spiċċat fuq ġenb. Is-sewwieq kien qed isuq fid-direzzjoni lejn il-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lis-sewwieq.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.