Bil-filmat: jinqaleb trakk fi Triq il-Kosta

Ix-xufier ta’ trakk ta’ 21 sena mis-Siġġiewi ġarrab ġrieħi ħfief meta ftit wara t-8.00 ta’ dalgħodu nqaleb bit-trakk li kien qed isuq fi Triq il-Kosta.

Skont l-ewwel informazzjoni, ix-xufier ħareġ waħdu mir-ready mix imma ttieħed l-isptar Mater Dei xorta għall-osservazzjoni.

Ix-xufier kien wieħed mill-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett ta’ Triq il-Kosta.

Jidher li ż-żagħżugħ kien qed ‘jirriversja’ ready mix meta qabad gandott u nqaleb.

It-traffiku ma kienx affetwat minn l-inċident għax seħħ f’parti tat-triq li fiha għaddej ix-xogħol li kienet diġa’ magħluqa għat-traffiku.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar