Barranin
Jinqatel żagħżugħ ieħor f’Londra – l-ammont tal-vittmi din is-sena jitla’ għal 40

Tkompli l-vjolenza fil-kapitali Ingliża hekk kif qed ikun irrappurtat delitt ieħor ta’ żagħżugħ.

Ġuvni ta’ 18-il sena qala’ daqqiet ta’ sikkina u ndarab serjament f’Chestnut Avenue, Forest Gate, fil-Lvant ta’ Londra.   Huwa miet tard ilbieraħ filgħaxija, ftit wara li nstab f’għadira demm, fuq ix-xena tar-reat.

Il-Pulizija Ingliża qed tappella lill-pubbliku biex jgħaddi kull tip ta’ informazzjoni dwar dan il-każ.

Għad trid issir awtopsja u jrid jiġi identifikat il-vittma, filwaqt li s’issa ħadd għadu ma ġie arrestat dwar dan il-każ.  Il-mewt ta’ dan iż-żagħżugħ seħħet wara li nhar il-Ħadd kien hemm żewġ persuni oħra li nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina.

Din is-sena, f’Londra, diġà mietu 40 ruħ, f’mewġa ta’ vjolenza li ħakmet lill-kapitali Ingliża, li fiha kien hemm involuti żgħażagħ u tfal taħt l-età.  Is-sitwazzjoni tal-gangs żgħażagħ f’ċertu żoni qed tkun ta’ tħassib għall-awtoritajiet Ingliżi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar