Jinqatlu aktar minn 300 ġellied tal-Boko Haram u magħhom ċivili

Sebgħa u tletin persuna nqatlu f’attakk mill-ajru fin-naħa t’isfel tan-Niger waqt operazzjoni militari li fil-mira tagħha kien hemm militanti tal-Boko Haram.

Il-vittmi kienu qed jattendu funeral fir-raħal ta’ Abadam fuq il-fruniteri man-Niġerja meta ajruplani mhux identifikati bdew iwaqqgħu l-bombi.

Waqt l-operazzjoni inqatlu aktar minn 300 ġellied tal-Boko Haram fil-Grigal tan-Niġerja.

Mietu wkoll żewġ suldati u ndarbu għaxra oħra fl-istat ta’ Borno.

Numru ta’ militanti wkoll inħatfu u qed jinżammu wkoll l-armi u t-tagħmir tagħhom.