Kurżitajiet
Jinsab f’qagħda tajba wara li rah tabib f’nofs il-logħba tal-bieraħ

Il-leġġenda tal-footbal Arġentinjan, Diego Maradona serraħ ras il-partitarji li jinsab tajjeb wara li kellu jassistih tabib waqt il-logħba tal-bieraħ.

Maradona, li għandu 57 sena, deher f’delirju lbieraħ waqt il-logħba tat-Tazza tad-Dinja tal-Arġentina kontra n-Niġerja.

Tabib kellu jassisti l-ex plejer Arġentinjan wara li ħass uġigħ f’għonqu ftit qabel ma bdiet it-tieni taqsima tal-logħba.

It-tabib kien tal-fehema li Maradona jmur jistriħ id-dar iżda l-ex plejer ma felaħx ma jkomplix jagħti s-sapport tiegħu u ddeċieda kontra l-pariri tat-tabib li jibqa’ jsegwi l-partita sal-aħħar.

L-Arġentina rebħet bl-iskor ta’ 2-1 kontra n-Niġerja fl-aħħar minuti tal-partita.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle għandha programm ippakkjat b’bosta żjarat iżda hija tixtieq tirritorna lura f’art twelidha, fl-Istati Uniti, u tingħaqad mal-ħbieb u l-qraba tagħha. Infatti, Meghan iddeċidiet li, qabel…

Kurżitajiet

Il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo dejjem jispiċċa fl-aħbarijiet – jekk mhux għall-futbol għall-ġesti oħrajn li jagħmel barra l-pitch.  Infatti, l-aħħar rapport fuq il-media barranija jikxfu kemm il-ġenerożità tal-plejer multimiljunarju ma taqta’ qatt….

Kurżitajiet

L-istilla tat-tim Franċiż, Kylian Mbappé, se jkun qed jagħti l-istipendju kollu tiegħu li kiseb mit-Tazza tad-Dinja 2018 lit-tfal fil-bżonn. Mbappé, li għad għandu biss 19-il sena, saħħar lil kull min…

Kurżitajiet

Żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena qed jippreferu jqattgħu l-ħin mal-familja, minflok fis-sess. Dan ħareġ minn studju li sar fir-Renju Unit, li minnu ħarġu xejriet differenti mis-snin ta’ qabel fir-rigward…

Aktar