Ambjent
Jinsabu f’riskju li jinqerdu darba għal dejjem

Fadal biss 80,000 ors koala u għalhekk jinsabu f’riskju li jinqerdu darba għal dejjem.  Skont il-Fondazzjoni Awstraljana tal-Koala, dawn l-orsijiet tant naqsu fl-ammont li ma jistgħux jirriproduċu iktar għall-ġenerazzjoni futura.

Il-kawża ewlenija tal-estinzjoni ta’ dawn l-orsijiet hija l-bidla fil-klima, iżda hemm fatturi oħra li jinkludu l-mard, id-diforestazzjoni u nuqqas ta’ interess politiku biex jiġu protetti dawn il-mammiferi żgħar.

Il-koala li qed jgħixu llum wisq probabli se jkunu l-aħħar speċi li se jibqgħu jitgawdew min-nies, għax skont il-Fondazzjoni Awstraljana tal-Koala m’hawnx biżżejjed orsijiet li jistgħu jsibu sieħeb jew sieħba biex ikollhom iktar frieħ.

Studju li sar fl-Awstralja minn din il-Fondazzjoni juri kif l-orsijiet Koala huma skarsi kważi kullimkien fil-pajjiż għajr għal xi 15-il post li jinsabu mal-kosta tal-gżira fejn hemm komunitajiet żgħar ta’ Koala.

100 sena ilu huwa stmat li kienu jgħixu mat-8 miljun Koala fl-Awstralja kollha mentri bħalissa għad fadal inqas minn 1% tal-popolazzjoni oriġinali tal-orsijiet Koala.  Minkejja l-kuxjenza li ppruvat tqajjem il-WWF 7 snin ilu, is-sitwazzjoni ma nbidlitx.

Minkejja kollox għad fadal ftit tama li l-Koala jistgħu jsalvaw mill-estinzjoni, bi sforz kollettiv li jeħtieġ l-appoġġ tal-gvernijiet biex jibqa’ ħaj dan is-simbolu Awstraljan.  Il-President tal-Fondazzjoni Deborah Tabart alet li jeħtieġ jinħolqu żoni protetti li jkunu sorveljati mill-istat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Aktar