Barranin
Jinsiha ġurnata sħiħa f’karozza tikwi – isibuha bla ħajja

F’Pisa, dik li kellha tkun ġurnata rutina spiċċat f’traġedja għal familja taċ-ċkejkna Giorgia.

Jidher li missierha li, kuljum kien iwassal lit-tifla c-child care, nesiha kompletament fil-karozza u baqa’ sejjer ix-xogħol mingħalih li kien ġa ħadha.

Iċ-ċkejkna Giorgia, li kellha biss sena, spiċċat ġurnata sħiħa maqfula fil-karozza f’xemx taqli l-ankri.

Kienet ommha li tat l-allarm meta marret tiġborha miċ-child care u ntebħet li t-tifla tagħha ma kinetx tfaċċat dik inhar.

Iżda kien tard wisq u t-taqsima tal-protezzjoni ċivili sabu lit-tarbija bla ħajja fil-karozza ta’ missierha.

Il-missier intebaħ bl-iżball fatali li għamel wara li ċemplitlu martu tistaqsih dwar it-tifla.

Infetħet ionkjesta dwar il-każ li seħħ ilbieraħ. Il-familja sħiħa tinsabb taħt xokk qawwi.

 

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal…

Barranin

Is-Sindku ta’ South Bend, Indiana, Pete Buttigieg mistenni jkun fost il-kandidati tad-Demokratiċi biex jiġi elett President tal-Istati Uniti. Buttigieg, li għandu 37 sena u huwa omosesswali, qed jippjana li joħroġ…

Kurżitajiet

Jidher li għadha kif iffurmat koppja ġdida ta’ Hollywood mill-atturi ta’ fama mondjali Brad Pitt u Charlize Theron. Skont il-media barranija, Pitt u Theron bdew joħorġu flimkien xahar ilu u…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May illum tkompli bit-taħditiet tagħha biex tippreżenta quddiem il-Parlament Ingliż, pjani ġodda għal Brexit. F’sessjoni oħra ta’ laqgħat ma’ Deputati Konservattivi u oħrajn tal-Partit Irlandiż…

Aktar