Lokali
Jinstab Buddy wara diversi jiem mitluf

Buddy, il-kelb li ilu mitluf għal diversi jiem instab illum waranofsinhar u ngħaqad lura ma’ familtu.

Fl-aħħar jiem Buddy kien deher fl-inħawi tal-impjant ta’ Wasteserve. Diversi persuni għenu biex jinstab Buddy.

Sid il-kelb deher kuntent meta nstab il-kelb. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li għenuh sabiex jinstab il-kelb.