Barranin
Jinstab ħati li biegħ ‘mediċina’ li biha mietu eluf fl-Istati Uniti

Il-fundatur tal-kumpanija Insys Therapeutics, John Kapoor huwa l-ewwel kap farmaċewtiku li nstab ħati f’każ marbut mal-kriżi tal-opjojdi fl-Istati Uniti.

Il-ġurija f’Boston sabet lil Kapoor u 4 kollegi tiegħu li xaħħmu tobba biex jagħtu l-painkillers lil pazjenti li lanqas biss kienu jeħtiġuhom.  Kawża ta’ dawn il-painkillers għaxriet ta’ eluf mietu fl-Istati Uniti.

Imwieled fl-Indja, fl-1990 Kapoor kien waqqaf il-kumpanija Insys Therapeutics.

Il-ġurija sabet ukoll lil Kapoor ħati li żgwida kumpaniji tal-assigurazzjoni medika dwar il-ħtieġa li l-pazjenti jieħdu l-painkillers biex itaffu l-uġigħ. Dan bil-għan li jiżdied il-bejgħ ta’ Subsys, spray tal-fentanyl. Il-Qorti semgħet li Kapoor, li ġie arrestat fl-2017, kellu skema li biha xaħmet tobba biex jippromwovu s-Subsys.

Matul il-ġuri li dam 10 ġimgħat, il-ġurati ntwerew filmat maħdum mill-kumpanija Insys għall-impjegati tagħha dwar kif jagħtu spinta lill-bejgħ ta’ Subsys.

Kapoor flimkien ma’ Michael Gurry, Richard Simon, Sunrise Lee u Joseph Rowan qed jiffaċċjaw sentenza sa 20 sena ħabs.

L-avukati ta’ Kapoor qalu li huma ddiżapuntati bil-verdett u l-akkużati qed jiċħdu l-akkużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Aktar