Lokali
Jinstab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu f’inċident tat-traffiku

Il-Qorti kkundannat lil Terence Tanti għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u li jħallas €2,724 fi spejjeż tal-Qorti wara li sabitu ħati li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu ta’ 22 sena f’inċident tat-traffiku fin-Nadur Għawdex.

L-inċident seħħ fl-ewwel tas-sena 2015, meta Tanti ħabat ma’ ħajt waqt li kien qed isuq b’veloċità, fis-sakra u possibilment taħt l-effett tas-sustanzi illeċiti. Matthew Meilak, student tal-liġi ta’ 22 sena kien passiġġier ma’ Tanti fil-karozza u tilef ħajtu kawża ta’ ġrieħi f’rasu ma’ arblu wara li tar mill-karozza.

Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Audrey Demicoli li l-passiġġieri kollha kienu mas-sewwieq waqt il-festin privat u kollha kienu jafu li kkonsma l-alkoħol qabel ma daħlu fil-karozza miegħu. Qalet ukoll li fattur ieħor li wassal għall-mewt tal-vittma kien li ma kienx libes iċ-ċinturin tas-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-terremot ekonomiku li ġabet il-pandemija jista’ jirvina bosta negozji. Madankollu l-istint imprenditorjali li wieħed jadatta għar-realtajiet ġodda jispikkaw f’dawk li ħabblu moħħhom u ħadu inizjattivi biex jibqgħu jdawru r-rota. Fost…

Lokali

Il-Kamra tal-Kummeċ sejħet biex tingħata spjegazzjoni dettaljata u trasparenti dwar il-kuntratt li sar ħames snin ilu minn Project Malta biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jgħaddi f’idejn il-grupp DB għal proġett turistiku,…

COVID-19

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali qed jaħdem ma’ bosta intrapriżi biex fejn huwa possibbli jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-kumpaniji li l-operat tagħha ġie affettwat mill-kriżi tal-pandemija. Id-Direttur Ġenerali Diane Vella, qalet li…

COVID-19

Lil hinn mis-sensazzjonaliżmu ta’ wħud u tixrid ta’ informazzjoni falza fuq il-mezzi soċjali, jidher li hemm sens ċiviku qawwi li qed jgħin lill-pulizija biex jinfurzaw l-avviżi legali dwar il-Covid-19. Fl-aħħar…

Aktar