Lokali
Jinstab ibati fiż-Żejtun – kelb b’tiri ma’ ġismu kollu

Kelb kwiet iżda mbezza’ nstab fl-inħawi taż-Żejtun mill-voluntiera tal-AAA.

Il-voluntiera mill-ewwel indunaw li kien hemm xi ħaġa ma ddoqqx billi l-kelb beda iqawwas dahru, kien bla aptit u ma setax jagħmel il-bżonnijiet tiegħu.

Minn testijiet li sarulu, deher li l-kelb kien f’saħħtu iżda hu baqa’ jagħti lill-voluntiera x’jifhmu li kien muġugħ.

Il-veterinarju li ra lill-kelb iddeċieda jeħodlu x-ray li żvelat li kellu għadd ta’ ċomb f’ġismu, anke fix-xewka ta’ dahru.

Il-kelb għalissa qed jingħata l-mediċina biex tmewwitlu l-uġigħ.

L-Assoċjazzjoni kkundannat dan l-att u talbet lill-pubbliku juri ħniena u jagħti donazzjoni għall-fejqan tal-kelb li semmewh Johan.

Min għandu aktar informazzjoni, jew jixtieq jitkellem dwar dan l-att ta’ moħqrija, jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija.

Min jixtieq jagħti donazzjoni biex jgħin lil Johan jista’ jibgħat sms fuq:
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
jew ċekk indirizzat lil AAA PO Box 24 Hamrun jew donazzjoni bil-paypal: paypal.me/aaamalta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Lokali

Ira Losco, kant-awtriċi, bi 15-il sena karriera. Bdiet tkanta ma’ band meta kienet adoloxxenti, ħadet spinta meta spiċċat it-tieni fil-Eurovision Song Contest fl-2002, u evolviet b’ġeneri mużikali differenti. Minbarra l-esperjenzi…

Aktar