Barranin
Jinstab il-katavru tal-ex atleta tal-iskijjar Blanca Fernández Ochoa

L-atleta tal-iskijjar Spanjola, Blanca Fernández Ochoa, instabet mejta wara li kienet ilha kważi ġimagħtejn irrappurtata nieqsa.

Fernandez, li kellha 56 sena, instabet mejta f’żona muntanjuża f’Madrid waqt tiftix minn mijiet ta’ pulizija u volontarji. Il-kawża tal-mewt għadha mhux magħrufa.

Hija kienet ħarġet minn darha mingħajr ma ħadet il-mobile, u m’użatx karti ta’ krediti sakemm kienet nieqsa.

Fernandez kienet l-ewwel mara Spanjola li rebħet midalja fl-Olimpjadi tax-Xitwa, meta ngħatat il-midalja tal-bronż fl-1992.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Aktar