X

Jinstab iż-żarbun ta’ Dorothy wara 13-il sena misruq

F’Los Angeles, instab l-aktar par żarbun famuż fid-dinja ta’ Hollywood wara li nsteraq 13-il sena ilu.

Iż-żarbun aħmar kollu antaċċoli li kienet tilbes Judy Garland għall-parti ta’ Dorothy li interpretat f’ ‘The Wizard of Oz’ kien għeb mill-Judy Garland Museum f’Minnesota.

Min seraq iż-żarbun kien makakk biżżejjed li ma jħallix marki tas-swaba’ jew filmat tas-CCTV. Il-pulizija kulma sabu 13-il sena ilu kienet il-kaxxa tal-ħġieġ mifqugħa fejn kien esebit iż-żarbun flimkien ma’ antaċċola ħamra.

Minkejja s-sejba, l-F.B.I qalu li għalissa m’għandhomx l-identità tas-suspettat/i x’jiżvelaw.

Iż-żarbun misruq kien wieħed mill-4 pari li kienet tilbes Judy Garland fl-1939 għall-filming ta’ ‘The Wizard of Oz’.