Kronaka
Jinstab katavru ta’ mara fil-baħar qrib il-Bajja ta’ San Blas

Mara ta’ 43 sena mill-Awstrija ttellgħet mejta mill-baħar wara li l-Ġimgħa filgħodu ntlemħet bla ħajja qrib il-bajja ta’ San Blas f’Għawdex. Sorsi qalu li l-mara x’aktarx mietet b’kawża naturali.

Il-Pulizija qalu li kien għal ħabta tad-9 a.m. x’ħin ġew infurmati li kien hemm katavru fil-baħar.

Kif il-Pulizija marru fuq il-post sabu żewġ persuni li kienu lemħu l-katavru waqt li ssejħu membri tal-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili biex il-katavru jiddaħħal fil-Port tal-Imġarr.

Tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru fuq il-post u ċċertifikaw lil mara mejta.

Aktar tard il-mara ġiet identifikata bħala Awstrijaka ta’ 43 sena.

Il-Maġistrat Monica Vella ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra

Il-pandemija affettwat lil kulħadd, anke lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li tgħin lil mijiet ta’ nies morda, tfal b’diżabilità, tfal li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż u nies li m’għandhomx…

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Aktar