COVID-19
AĠĠORNAT: Ħaddiema fi skolasajf ta’ Ħal Luqa tinstab pożittiva għall-Covid-19

Child support worker li taħdem fi Skolasajf ta’ Ħal Luqa rriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara li attendiet il-Hotel Takeover Party. TVM infurmat li l-edukatriċi ma kellhiex sintomi sakemm kienet qiegħda fl-iskola.

Is-Supretendenza tas-Saħħa pubblika kkonfermat dan il-każ ma’ TVM, u qalet li l-ħaddiema setgħet ġiet f’kuntatt ma’ studenti u ħaddiema oħra fi tliet klassijiet, peress li kellha rwol ta’ ‘reliever’.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu kuntatt mal-ġenituri tat-tfal affettwati biex isirilhom swab test.

It-tmexxija tal-iskola avżat lill-ġenituri biex illum iwieġbu t-telefon jekk jaraw numru anonimu, u pprovdiet ukoll numru ieħor fejn il-ġenituri jistgħu jċemplu.

Sadanittant, l-awtoritajiet tas-saħħa avżaw ukoll biex min attenda l-festa ta’ Santa Venera jmur jagħmel swab test. Segwi iktar hawn:

L-awtoritajiet tas-saħħa javżaw biex min attenda l-marċ f’Santa Venera jagħmel swab test