Lifestyle
Jinstab l-ilma fuq il-pjaneta Mars

Xjenzati u riċerkaturi sabu evidenza ta’ ilma fuq il-pjaneta Mars, fejn aktarx hija għadira twila mal-20km.  Ħafna minn dan l-ilma hu iffriżat.

Riċerka preċedenti kienet sabet possibiltà ta’ sinjali ta’ ilma madankollu dan huwa l-ewwel sinjal konkret ta’ ilma fuq Mars.

Għadajjar bħal dawk li  ġew esplorati min-Nasa’s Curiosity urew li  hemm l-ilma fuq il-wiċċ ta’ Mars. Madankollu, il-klima tal-pjaneta. kessħet u l-biċċa l-kbira tal-ilma sar silġ.

Din l-iskoperta seħħet permezz ta’ Marsis, strument tar-radar li kien abbord l-orbitatur ta’ Mars Express. Prof. Roberto Orosei, li mexxa dan l-istudju qal li probabilment din l-għadira mhix fonda ħafna. Spjega li l-istrument Marsis ma setax jiddetermina kemm jista’ jkun fond l-ilma, madankollu t-tim jikkalkula li minn tal-inqas hemm fond ta’ metru.

Din is-sejba s’issa ma tfissirx li definitivament hemm xi tip ta’ ħajja fuq il-pjaneta Mars.

Ara wkoll:

Minn fejn l-aħjar tara l-itwal eklissi tal-qamar din il-ġimgħa?