Mużika
Jinstab mejjet f’daru l-kantant ta’ The Prodigy Keith Flint

Tħabbret il-mewt ta’ Keith Flint, il-kantant ta’ The Prodigy, fl-età ta’ 49 sena.  Huwa mill-ewwel kien jintgħaraf għad-dehra kemmxejn eċċentrika, b’mod partikolari l-istil ta’ xagħru u l-irtokk li kien japplika.

Il-wirjiet tiegħu kienu wkoll partikolari mal-band The Prodigy, li magħha kien kiseb suċċess kbir speċjalment bil-kanzunetti Breathe u Firestarter.

Flint instab mejjet f’daru mill-Pulizija dalgħodu f’Dunmow, Essex, ir-Renju Unit.  Il-Pulizija qalu li ssejħu fuq il-post wara rapport li kien hemm raġel qed jgħix fi stat ħażin ħafna.

Għall-ħabta tat-8am, il-Pulizija daħlu fid-dar u sabu lil Flint mejjet.  S’issa l-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa iżda l-Pulizija għandhomx suspett li seta’ nqatel.

Flint irritorna r-Renju Unit riċentament wara li kien impenjat f’tour fl-Awstralja.  F’Mejju kellu jibda tour ieħor din id-darba fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar