Barranin
Jinstabu 12-il tarbija mejta fi sptar imgeżwra f’kaxxi u boroż tal-plastik

Il-Gvernatur ta’ Nairobi ordna li ssir investigazzjoni wara li għamel żjara b’sorpriża fl-isptar tal-kapitali Kenjana u sab 12-il tarbija mejta f’kaxxi u boroż tal-plastik.

Il-Gvernatur Mike Sonko mar iżur għallgħarrieda l-Isptar tal-Maternità ta’ Pumwani wara rapporti li rċieva ta’ negliġenza u ta’ ħaddiema li kienu qed iġorru kadavri ta’ trabi minn kamra għall-oħra tal-isptar.

Sonko qal fi stqarrija li sab il-kadavri tat-trabi li mietu l-isptar misterjożament u l-iġsma bla ħajja kienu moħbija f’xi kaxxi u boroż tal-plastik f’kamra fl-istess sptar.

Għad mhux ċar x’qed iwassal għall-mewt tat-trabi jew x’inhu jiġri lil ommijiethom.  Jidher li hemm bosta uffiċċjali għolja tal-isptar sospiżi mix-xogħol frott tal-investigazzjoni li qed issir.

L-isptarijiet pubbliċi fil-Kenja għandhom storja sħiħa ta’ traskuraġni u nuqqasijiet oħra, b’ħafna ffullar u domanda kbira, kif ukoll nuqqas ta’ fondi.

Jidher li l-Isptar ta’ Pumwani m’għandux post fejn jaħżen il-kadavri u qabel jiġu trasferiti f’kamra mortwarja jitpoġġew f’kaxxi.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-kobba Brexit kompliet titħabbel għall-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May li spiċċat kellha tipposponi l-vot t’għada dwar il-ftehim għal Brexit, bit-tama li terġa tinnegozja mal-Unjoni Ewropea. Theresa May qalet “it…

Barranin

Fir-Russja, Mikhail Popkov, wieħed mill-agħar serial killers Russi, weħel għomru l-ħabs talli Qorti fil-belt Siberjana ta’ Irkutsk sabitu ħati li qatel 56 persuna bejn l-1992 u l-2007. Popkov diġà jinsab…

Barranin

Imut fl-età ta’ 12-il sena, il-kangarù Roger, li sar famuż minħabba l-fiżika kemmxejn stramba li kellu.  Is-sid tas-santwarju tal-kangarus fl-Awstralja, Chris Barnes ħabbar il-mewt ta’ Roger fuq Facebook. Roger li…

Kurżitajiet

L-isbaħ tfajla fid-dinja hija Vanessa Ponce.  Hija Messikana u għandha 26 sena.  Din hija l-ewwel darba li tfajla mill-Messiku rebħet dan it-titlu prestiġġjuż. Iggradwata fil-kummerċ internazzjonali u tagħmel xogħol ta’…

Aktar