Droga
Jinstabu 130 kilo droga waqt rejd fiż-Żejtun

Wara ġimgħat ta’ osservazzjoni, l-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga arrestat żewġ Maltin wara li sabet li kellhom 130 kilo droga kannabis. Id-droga kienet lesta biex tiġi ttraffikata.

Id-droga nstabet f’garaxx fi Triq Alfredo Cachia Zammit, fiż-Żejtun. Iż-żewġt irġiel joqogħdu Bormla u għandhom ta’ 22 u 34 sena.

Huwa mistennija jitressqu l-Qorti u jkunu akkużati bil-pussess aggravat ta’ droga kannabis, fost akkużi oħra.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Spiss jingħad li l-Unjoni Ewropea tinsab f’salib it-toroq, hekk kif f’dawn l-aħħar snin u xhur kienet qiegħda tiffaċċja diversi sfidi, uħud minnhom mhux żgħar. Dawn l-isfidi ħtieġu mumenti ta’ riflessjoni…

Knisja Maltija

Il-Komunikazzjoni fil-Knisja hija t-tema ta’ konferenza li qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Knisja f’Malta bit-tama li jinstabu metodi aktar professjonali dwar kif jitwassal il-messaġġ tal-Knisja fosthom fuq l-abbużi sesswali ta’ minuri minn…

Toroq

Infetħet l-ewwel parti tal-pont fi Triq il-Wied tal-Imsida, li s’issa huwa l-iktar pont wiesgħa f’Malta. Dan ħabbru l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fuq il-midja soċjali. Intqal li Infrastructure Malta fetħet l-ewwel…

Aktar