Press Briefings
Jinstabu 3 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta – kollha impurtati

Laħħqu l-110 ta’ persuni bil-coronavirus f’Malta. Kontra x-xejra tal-aħħar jiem, ġew konfermati 3 każi ġodda minn kważi 300 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, madankollu wissiet biex il-pubbliku ma jillaxkax u jibqa’ josserva l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-każi l-ġodda huma ta’ żewġ tfajliet ta’ 20 sena u Amerikan li jgħix Malta.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta nstabu tliet każi ġodda ta’ persuni li għandhom il-COVID-19 minn 292 test li saru mill-awtoritajiet tas-saħħa biex issa l-għadd tal-persuni bil-coronavirus laħqu l-110.

Is-Supretednent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, wissiet li minkejja li naqsu l-każi ġodda, ħadd m’għandu jillaxka l-miżuri li qed jittieħdu speċjalment li tinżamm id-distanza bejn in-nies.

“Dawn huma ġranet fil-bidu ħafna tas-sitwazzjoni tagħna u bħalma rajtu anke l-ġimgħa l-oħra ma kienx l-ewwel darba li kellna ftit każijiet imbagħad fil-ġurnata ta’ wara kellna diversi każijiet oħra … Dak li tgħallimna minn pajjiżi oħra li ġieli kien hemm sitwazzjonijiet oħra fejn raw li kien hemm inqas każijiet imbagħad bdew jirrilaxxaw il-guidelines u l-metodi ta’ kontroll – hemmhekk reġgħet bdiet il-firxa tal-virus.”

Il-Professur Gauci qalet li pajjiżna m’għandux jagħmel żbalji bħal Hong Kong għax wara li taffew ir-restrizzjonijiet tal-kuntatt soċjali, il-każi tal-coronavirus splodew.

Is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika qalet li t-tliet każijiet il-ġodda huma konnessi mas-safar fosthom żewġ tfajliet ta’ 20 sena li kienu Londra.

Spjegat li waħda minnhom kienet tgħix Londra u oġra student tal-Università li fil-każ tagħha qed issir analiżi ta’ sħabha peress li kienet marret lekċer fl-Università. It-tielet każ huwa ta’ Amerikan ta’ 49 sena li jgħix f’Malta u kien mar l-Awstrija. Mal-wasla tiegħu baqa’ fi kwarantina u l-unika persuna li kienet esposta issa tinsab fi kwarantina.

Il-Professur Gauci qalet li dawn il-persuni jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb, waqt li l-anzjan ta’ 61 sena għadu fit-taqsima tal-kura intensiva għax il-kundizzjoni tiegħu għadha instabbli.

Qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa ser jiftħu ċentri oħra biex iktar nies ikunu jistgħu jiġu ttestjati ħalli l-każi jinqabdu fi stadju bikri. Il-Professur Gauci qalet li r-rata ta’ testijiet f’Malta hija tajba ħafna.

“Mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qegħdin it-tielet post, it-tielet pajjiż li qed nagħmlu l-iktar testing per kapita tal-persuna. Dan huwa sinjal tajjeb ħafna – hija strateġija li aħna ħadna għax rridu naqbdu l-każijiet kollha pożittivi biex niżolawhom, nagħmlu l-contact tracing u nagħmlu l-kwarantina.”

Il-Professur Gauci qalet li swabs li qed isiru fi sptarijiet privati huma konformi ma’ protokol u l-awtoritajiet tas-saħħa jkunu infurmati minnufih bir-riżultati tagħhom.

Dwar is-sejħa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex jinbena sptar prifabrikat, il-Professur Gauci qalet li dan huwa meħtieġ biex jiżdiedu aktar soddod ma’ dawk li diġà saru. Qalet li l-investiment meħtieġ biex jinbena dan l-isptar ta’ emerġenza ġdid huwa inqas milli biex jittranġa l-isptar San Luqa.

Skont is-sejha pubblika tal -Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi l-isptar prifabrikat irid jitlesta fi’ tmien ġimgħat. L-isptar irid ikollu fost oħrajn sitt taqsimiet tal-kura intensiva b’60 sodda u 45 ventilatur u diversi faċilitajiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar