Jinstabu ħatja li qatlu lis-suldat Ingliż Lee Rigby

Żewġ żgħażagħ ingliżi instabu ħatja li qatlu lis-suldat Ingliż Lee Rigby f’Mejju tas-sena l-oħra.

Michael Adebolajo ta’ 29 sena u Michael Adebowale ta’ 22 sena caħdu l-akkużi kontrihom u qalu li qatlu f’isem Allah bi tpattija għall-azzjonijiet militari fl-Iraq u l-Afghanistan.

Rigby li kellu 25 sena kien serva bħala suldat fl-Afghanistan. Iż-żewġ żgħażagħ attakkawh bis-skieken waqt li kien qrib barracks tal-armata fin-nofsinhar ta’ Londra u pprovaw jaqtgħulu rasu barra.

Wara kaxkru l-kadaru tieghu f nofs triiq fejn Adebolajo talab lil wieħed li nzerta kien hemmhekk biex jiffilmja x-xena u miksi demm pprova jispjega għaliex wettaq il-qtil.

Ir-reat kien qanqal xokk fir-Renju Unit u wassal għal sensiela ta’ reati ta’ tpattija kontra l-musulmani.