Kronaka
Jinstabu maqtula l-omm u l-bint li kienu rrappurtati nieqsa

Jinstabu maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar u midfunin f’għalqa l-omm u l-bint li ġew irrapportati nieqsa. Huma nstabu fi Trejqet Santu Kristu, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija arrestaw raġel wara li allegatament ammetta li qatel lil ommu Maria Lourdes Bonnici u lil oħtu Angele Bonnici.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Maria Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici nstabu wara li għal ħin twil il-Pulizija kellmet diversi persuni, fejn eventwalment wieħed mill-qraba indika fejn jistgħu jinsabu.

TVM infurmat li ż-żewġ nisa ġew maqtula b’tiri tan-nar u midfunin f’għalqa.

Dan l-omiċidju doppju huwa l ewwel qtil ta’ din is sena.