Lokali
Jinstabu pakketti tas-sigaretti mimlija bid-droga f’binja fil-Marsa

Il-pulizija sabet ammont ta’ pakketti ta’ sigaretti mimlija bi droga suspettata kannabis moħbijin ġo binja f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Il-pulizija qalet li s-sejba saret minn membri mid-Distrett tal-Belt Valletta li wettqu spezzjonijiet f’din il-binja. Fuq il-post instabu ukoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien elettroniku.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.