Barranin
Jinsteraq l-irmied ta’ Mahatma Gandhi

Fil-jum li kien imfakkar għeluq il-150 sena minn meta twieled Mahatma Gandhi xi nies serqu xi fdalijiet tiegħu.

L-irmied tiegħu nsteraq mill-mafkar li jinsab fiċ-ċentru tal-Indja. Huma kienu ilhom miżmuma hemm mill-1948.

Il-persuni li serqu l-irmied ivvandalizzaw ukoll xi ritratti ta’ Gandhi.

Il-persuna li tieħu ħsieb dan il-mafkar qalet li fetħet il-post għall-pubbliku filgħodu minħabba l-anniversarju tal-jum tat-twelid ta’ Gandhi. Spjegat li xħin marret filgħaxija biex tagħlaq sabet xena li qatt ma kienet tistennieha – fdalijiet misruqa u ritratti vvandalizzati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar