Ambjent
Jinsterqu mat-13-il siġra li tħawlu fiż-Żurrieq

Persuni mhux magħrufa fl-aħħar jiem serqu għadd ta’ siġar żgħar mill-inħawi tal-Ġibjun fiż-Żurrieq.

Is-siġar kienu tħawlu ftit taż-żmien qabel minn ħaddiema ta’ Infrastructure Malta.

Il-kunsillier inkarigat mill-ambjent, Kenneth Farrugia, qal li b’kollox insterqu 13-il siġra.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali huwa appella biex kull min għandu xi tagħrif jgħaddiha lill-Kunsill Lokali jew il-Pulizija.