Ambjent
Jinsterqu pjanti li tħawlu fl-aħħar jiem f’Wied Babu ż-Żurrieq

Persuna jew persuni mhux magħrufa serqu numru ta’ pjanti u fjuri li tħawlu inqas minn ġimgħa ilu, fil-promenade ta’ Wied Babu fiż-Żurrieq.

Fuq Facebook, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif Ramon Deguara lmenta minn dan l-att vandalu u qal li nsterqu ħafna aktar pjanti.

Hu qal li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni, tagħmel ħafna sforzi biex iżomm il-pajjiż nadif u sabiħ il-ħin kollu.

Jidher iżda li sfortunatament mhux kulħadd japprezza din il-ħidma!

Aktar kmieni illum tvm.com.mt rrapporta dwar att vandalu ieħor, din id-darba dwar għadd ta’ photocopiers li ntlemħu mormija fuq l-irdum ta’ Għar Ħassan, fil-limiti ta’ Birżebbuġa u l-qasam industrijali ta’ Ħal Far.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: L-aġent tal-photocopiers mormija f’Għar Ħassan qed jgħin lill-Pulizija