Lokali
Jintbagħat il-ħabs wara ġlieda b’sikkina

Duale Abokor Mustafa ta’ 37 sena mis-Somalja li joqgħod ix-Xewkija (Għawdex) weħel sentejn ħabs wara li nstab ħati li darab gravi b’daqqiet ta’ sikkina lil żewġt irġiel Somali oħra.  Huwa nstab ħati wkoll li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess u li hedded lil Nurdin Farah Saad.

Mustafa ma nstabx ħati tal-attentat ta’ qtil ta’ Saad u ta’ Jimale Sulub Ismail, iżda l-Qorti t’Għawdex, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, ordnatlu biex ma jersaqx lejn iż-żewġt irġiel l-oħra li darab għal perjodu ta’ sentejn biex tipproteġihom.

Meta kienet qed tingħata s-sentenza, il-Qorti nnuttat li l-parti l-kbira tal-barranin li jgħixu f’dan il-pajjiż huma paċifiċi u josservaw il-liġi, iżda wriet tħassib dwar iż-żieda fin-numru tar-reati minn gruppi żgħar ta’ barranin.

Fil-Qorti ħareġ li l-persuni nvoluti fil-ġlieda kellhom riħa qawwija ta’ xorb, tant li anke l-akkużat innifsu kien qal li tant kien xurban li lanqas biss jiftakar x’kien ġara dakinhar tal-ġlieda li seħħet fl-14 t’Ottubru tal-2015 fi Pjazza San Ġwann Battista x-Xewkija.

Il-Maġistrat Mifsud estenda b’sena s-sentenza sospiża li kellu Mustafa meta 4 snin ilu kien ammetta li kisser karozza u nstab xurban f’post pubbliku.

Ara wkoll:

FILMAT: żewġ Somali fil-periklu tal-mewt wara ġlieda bejn grupp ta’ rġiel f’Għawdex

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Qorti ddeċidiet li sidien ta’ proprjetà fil-Belt ma kinux ġew malafamati meta fuq il-midja soċjali l-Kunsill Lokali tella’ ritratt tal-faċċata tagħhom u sejħilhom “maħmuġin”. Il-każ seħħ fis-26 ta’ Lulju 2016, meta…

Lokali

Ix-xejra tat-tnaqqis fil-qgħad kompliet f’April. Ċifri ta’ Jobsplus ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li r-raba’ xahar tas-sena ntemm b’1,847 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan jirrappreżenta 107 persuni anqas fuq ix-xahar ta’…

Lokali

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, il-pubbliku qed jiġi mwissi li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għas-sulfati. Dan l-addittiv instab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta. Isem…

Lokali

Fi stqarrija, il-kumpanija tal-betting bet365 ħabbret li se tkompli tespandi u tkabbar il-preżenza tagħha f’Malta filwaqt li żżomm l-uffiċini ewlenin li diġà għandha fil-Ġibiltà. Bet365 diġà għandha liċenzja għal-logħob tal-azzard…

Aktar